L-Oxfam tal-Ġermanja ikkalkulat kemm il-parteċipanti individwali fil-katina tal-provvista tal-Lidl iridu jaħdmu sabiex jaqilgħu 4500 ewro. Għall-ħaddiem fi pjantazzjoni fl-Ekwador, ejja nsejħulu Miguel, għandu bżonn sena xogħol. Għal ħaddiem fil-ħanut tal-Lidl, jieħu inqas minn 8 ġimgħat. Sven Seidel, id-direttur tal-Lidl, jagħmel dan l-ammont f’ħames siegħat u nofs, u Dieter Schwarz, il-fundatur u s-sid tal-Lidl, jagħmilhom f’68 sekonda biss.

Minħabba l-istruttura kumplessa tal-kumpanija Lidl, il-profitt attwali tagħhom jista’ biss jiġi ikkalkulat fuq fuq. L-Oxfam tal-Ġermanja testima li l-profitt tagħhom fis-sena finanzjarja 2014 - 2015 huwa ta’ madwar 3.5 biljun ewro.

Mhux biss il-ħaddiema tal-pjantazzjoni, imma anki per eżempju, il-kaxxiera fis-supermarkets Ewropej, ħafna mid-drabi m’għandhomx paga xierqa għax-xogħol li qed jagħmlu. Fuq in-naħa l-oħra tal-katina tal-provvista, bejn il-kumpaniji tal-frott u l-bejjiegħa, hemm ħafna prosperita. Aħna naħsbu li huwa importanti ħafna li nitkellmu fuq din l-inugwaljanza li hija ħafna iktar fonda fid-dinja tal-lum. Skond il-Credit Suisse, 10% tan-nies sinjuri fid-dinja għandhom f’idejhom 89% tal-ġid tad-dinja. Dan li qed ngħidu huwa biss stampa sempliċi ta’ problema kumplessa ħafna li rridu ntuha iktar attenzjoni.

Il-banana hija l-iktar frotta li tinbiegħ fid-dinja. M’għandiex bżonn riklam, kulħadd iridha. Irħisa kemm jista’ jkun.

Tropika. Ħlewwa. Snack ta’ malajr u bnin, u m’għandiex bżonn ippakjar.
Ħafna kimiċi tossiċi, pajżaġġ bla ħajja, pagi miżeri, xogħol li jeqred is-saħħa.
L-istorja tal-banana għandha n-naħa l-kerha ukoll. Ejja niskopruwha flimkien!

Il-banana għandha bżonn in-nies biex tikber, għal ħsad u biex tiġi ppakjata fil-kaxxi. Kif inhi l-ħajja fuq il-pjantazzjoni?

Maqbud

Iż-żjara fil-komunità li tgħix f’nofs l-egħlieqi tal-banana, fejn il-ħaddiema jaħdmu u jgħixu, kienet waħda mill-iktar esperjenzi tad-dwejjaq li kelna tul dan il-vjaġġ fil-Kosta Rika u l-Panama. Il-villaġġ qisu nassa, li l-ebda miraklu ma jista jeħilsek minnu. Dawk li jgħidu li hija faċli ssib xogħol aħjar, jibdew jaħsbuha mod ieħor jekk jiġu hawn…

“Ħajti ma tistax tkun agħar minn hekk.”

Ninsab waħdi

“Meta tkun omm xebba, it-tfal għandhom bżonn il-ħin tieghek kollu. Imma, ħin huwa l-iktar ħaġa li ma jkollokx meta tkun qed tagħmel dan ix-xogħol. Għax meta tasal fis-sitta jew fis-seba’ ta’ filgħaxija tkun wisq għajjiena, kwasi rieqda. Lit-tifla naraha siegħa kuljum. It-tifla l-oħra ukoll tixtieq tarani imma dejjem ngħidilha li rrid nieħu ħsieb lil kulħadd, u ma nistax nagħżel bejnhom u ix-xogħol, li rrid nqassam l-affarijiet… ilni naħdem f’din il-pjantazzjoni għal iktar minn tlett snin issa. U jekk ikolli nitlaq, ma nafx x’nagħmel sakemm insib xogħol ieħor. Kif se nieħu ħsieb il-familja tiegħi, lill-uliedi? Kultant ikun aħjar li tkompli kif int, tipprova tirranġa s-sitwazzjoni bil-mod. Il-paga li taqla hija baxxa, imma allinqas tkun tista tgħix xi ftit jew wisq, ħajja normali biha… m’hijiex ġusta, imma jkollok ftit sigurta allinqas.” (ħaddiema fi pjantazzjoni fil-Kosta Rika)

“Irridu nagħmlu l-mirakli b’din il-paga minima, biex inlaħħqu mal-ħajja ta’ kuljum.”

Kważi dlam ċappa

Il-laqgħa mal-ħaddiema tal-pjantazzjoni li tipprovdi l-frott lil kumpanija multinazzjonali Fyffes, sar fid-dlam, bid-dawl ġej biss minn xemgħat u mill-mowbajls, minħabba maltempata li ħolqot qtugħ ta’ elettriku għal nofs il-pajjiż tal-Kosta Rika. Imma xorta ma nistgħux nurukom l-ucuh tan-nies li tkellimna magħhom. Huma mhux biss mbeżżgħin li jitkeċċew mix-xogħol, imma anki jibżgħu għal ħajjithom.

“Sid il-pjantazzjoni jgħidilna: «Meta l-ajruplan ikun għaddej, sibu kenn!» Imma m’hemm imkien fejn nistaħbew fil-pjantazzjoni.”

Iktar xogħol, inqas flus

Kien qed jiċċajta magħna il-ħin kollu, imma sserja hekk kif beda jiddeskrievi x’jaħseb dwar min iħaddmu, il-kumpanija Chiquita. Skond hu, il-kumpanija mhux frott tesporta, imma d-demm tal-ħaddiema. Il-kumpanija tnaqqas l-ammont ta’ ħaddiema fil-pjantazzjoni biex tiffranka l-flus - b’konsegwenza li dawk li jibqgħu iridu jagħmlu iktar xogħol. Għall-istess paga, ovjament.

"Qed nippruvaw ninnegozjaw mas-sidien għall-kundizzjonijiet aħjar, imma ħadd mill-kumpanija ma jrid jiltaqa’ magħna."

Ħuta vvelenata

Dak li qed jiġri fil-Kosta Rika huwa krudili immens. Kimiċi li huma estremament perikolużi m’humiex qegħdin jiġu mmaniġjati kif suppost, u b’hekk qed iħammġu l-ilma u joqtlu l-ħut u annimali oħrajn.

Conter huwa nematiċida fil-forma ta’ trab, u dan permezz tax-xita, qed jispiċċa f’postijiet fejn mhux suppost. Spiċċa fix-xmara hawnhekk u qatel il-ħut kollha. Meta l-kumpanija indunat b’dak li seħħ, bgħatet lil raġel li suppost jieħu ħsieb is-sostenibbilta tal-produzzjoni, biex ineħħi l-ħut u jarmieh. U hekk għamel u ma qal xejn. Jien irrapurtajt dan l-inċident fuq dawn il-ħut vvelenati. Minn dak in-nhar ‘l hawn, is-sidien tal-kumpanija qed iġibu ruħhom ostili miegħi. Imma jien ħa nkompli, u jekk jiġri xi ħaġa oħra, miniex ħa nibqa sieket. Huma jippersegwitawna għax ngħidu l-verita. Huma jaraw l-oppost, il-ħażin huwa tajjeb għalihom.

"Anki jekk taqbdek uġiegħ ta’ ras mill-kimiċi, trid tibqa taħdem. Skond huma, tkun qed tivvinta."

Ma jieħdux pjaċir jaraw nisa tqal hawnhekk

Andrea kienet qed titbissem tul il-konversazzjoni tagħha magħna, għalkemm kienet qed tirrakkonta affarijiet koroh fuq ix-xogħol tagħha. Meta inaqgħdet mal-union, is-sieħeb tagħha ġie mkeċċi mill-istess pjantazzjoni minħabba dik il-ħaġa. U matul it-tqala, baqgħet taħdem b’kimiċi perikolużi għal ħafna ġranet għax beżgħet li tiġi mkeċċija jekk tirrifjuta.

"Kulħadd huwa mbeżżgħa, u għalhekk, mill-pjantazzjoni kollha, jien l-unika waħda li qegħda fil-union."

Il-monokultura u l-pestiċidi tossiċi jheddu lill-ambjent.

Wara l-qoton il-banana hija t-tieni pjanta l-iktar trattata kimikament fid-dinja.

X’jikkawżaw il-pestiċidi?

Is-sustanzi tossiċi li jiġu użati fil-pjantazzjoni huma estremament perikolużi għas-saħħa tal-bniedem. Imma wieħed jista’ jiffranka l-flus billi ma jixtrix il-ħwejjeġ protettivi għall-ħaddiema, allura l-kumpaniji hekk jagħmlu.

Il-banana hija ħafna drabi reklamata u mibjugħa bi prezz baxx. Imma xi ħadd dejjem irid ipatti għal dan.

Is-supermarkets jafu li l-konsumaturi ħafna drabi jiftakru il-prezz ta’ kilogramm tal-banana u għalhekk ibiegħhom bi prezz baxx. Dan il-prezz baxx jiġbed il-klijenti biex jixtru iktar.

Il-banana, għalkemm tiġi trasportata minn naħa l-oħra tad-dinja, hija madwar kwart irħas mit-tuffieħ, li huwa frott Ewropej!

L-ispejjeż tal-produzzjoni u l-għixien qed jogħla l-ħin kollu

Kemm in-nies kif ukoll l-ambjent qed ibatu minn pressjoni biex inaqqsu l-ispejjeż

Prezzijiet staġnati jew baxxi ħafna fil-ħwienet

Banány v akci

Min jieħu kemm mill-prezz tal-banana fis-suq?

Mexxi kull parti tal-katina tal-produzzjoni tal-banana lejn in-numru - prova aqta liem parti tal-prezz tmur lejn liem protagonist. Ngħidulek x’inhi l-verita wara!

ħaddiem
sid tal-pjantazzjoni
supermarkit
esportatur
importatur
dwana
ħażna għal-maturazzjoni
Kolik komu připadne z prodejní ceny banánu?
Kolik komu připadne z prodejní ceny banánu?
  • 41%
  • 7%
  • 18,8%
  • 4,3%
  • 10,6%
  • 13,1%
  • 5,2%

Naqra iktar persentaġġ għall-ħaddiema u l-ħajja fuq il-pjantazzjoni tkun ħafna iktar faċli.

Il-ħajja qed togħla hawnhekk

"Meta tkun fqir, trid tiekol dak li taffordja."

"Fil-Panama, rajna kjus twal ta’ nies jistennew għall-ikel li qed jitqassam mill-gvern lokali, peress li ma jaffordjawx jixtruhom mill-ħwienet. Kien ikel bażiku, xkejjer ta’ ross u fażola. Għal parti kbira mill-popolazzjoni tal-Panama u Kosta Rika hi diffiċli li jixtru ikel frisk, bnin u nutrittiv. U x’kienet l-ikbar sorpriża? Il-basal u l-karrotti qed jinġiebu hawn mill-Olanda, bl-istess mod li qed jaslu ghandna fl-Ewropa. Ħaxix - vjaġġatur."

Lil hinn mill-fruntieri

“Jien għandi erbat itfal, tlieta fin-Nicaragua and wieħed hawn. It-tifla l-kbira għandha erbatax-il sena, imbagħad għandi tifel ta’ ħdax-il sena, u tifla oħra li għandha tmien snin. Hawnhekk għandi l-iżgħar wieħed, għandu sena u twieled hawn.

Is-sitwazzjoni fin-Nicaragua hija differenti, m’hemmx xogħol… ġejna hawn biex infittxu xogħol u ħajja aħjar. U n-nies jieħduha kontrina għax aħna minn Nicaragua, jistaqsuna għalfejn qegħdin hawn u jridu jweġġawna.

Aħna nitilqu għax-xoghol fil-ħamsa ta’ filgħodu u niġu lura fit-tard, għas-sitta, s-sebgħa. U għal dik naqilgħu għaxar jew tnax-il elf Colons (16.50ewro jew 20ewro). Jien nibgħat parti mill-flus in-Nicaragua, lil missieri. U għandna bżonn madwar erbgħin elf Colons (67 ewro) fil-ġimgħa għall-ikel.”

"Meta nħallas il-kera, ma jkolliex flus għall-ikel."

Ma nixtiequx ħafna

Tkellimna mal-ħaddiema tal-kumpaija, li jipprovdu l-banana lil Fyffes, fil-bitħa tad-dar sempliċi tagħhom. Meta ttawwalna ġewwa, ma kienx hemm ħafna x’tara, kienet kważi vojta. In-nies lokali m’għandhomx ħafna affarijiet.

Il-klieb tal-lokal ma ħadux grazzja magħna u bdew jinbħu ħafna, tant li ma stajniex niftemu. U probabbilment, lanqas ix-xadini li kienu fis-siġar ma ħadux gost bina. Forsi tista tinduna mill-ħoss li qed jagħmlu fil-filmat.

"Jekk tridhom iħallsuk tax-xogħol li għamilt, ħa jkeċċuk."

Min għandu l-ikbar poter fl-industrija tal-banana?

F’ħafna pajjiżi illum il-ġurnata, il-maġġoranza tas-suq tal-ikel huwa iddominat minn kumpaniji kbar li jkollhom ħwienet madwar id-dinja. Huma għandhom pożizzjoni b’saħħitha ħafna.

Filfatt, is-supermarkets iġibu ruħhom bħal “għassiesa”, iżommu għassa fuq ix-xirja tagħna. Huma jiddeċiedu min ħa jissupplixxi l-prodotti lil klijenti. Dan huwa rwol importanti li jrid jiġi sfruttat u s-supermarkets ma joqgħodux lura milli jagħmlu dan.

Ħafna drabi huma iġiegħlu lil min qed jissupplixxi biex jidħlu f’kundizzjonijiet ta’ negozju żvantaġġati, jieħdu riskji u jiġu mġiegħla ibiegħu bi prezzijiet baxxi ħafna.

Kdo má v banánovém světě největší moc?

Il-pressjoni biex jitbaxxaw il-prezzijiet tiġi mhoddija tul il-katina tal-provvista sal-bidu nett tagħha. Il-bdiewa u l-ħaddiema, li huma l-aktar dgħajfa u m’għandhom kważi l-ebda setgħa ta’ negozjar, huma l-iktar li jbatu.

Qabel, l-industrija tal-banana kienet dominata minn ftit kumpaniji li jkabbru l-frott. F’dawn l-aħħar snin, imma, dawn qed jiġu ssostitwiti minn atturi iktar importanti - is-supermarkets. Dawn qegħdin jixtru iktar mill-pajjiżi li jipproduċu.

Supermarkets li jinsabu f’Malta bħal Lidl, PAVI, Smart, Scots u Tower huma l-post minn fejn il-Maltin jixtru ammonti kbar ta’ ikel li jiġi ikkonsmat fid-djar. Għalhekk il-bejħ mis-supermarkets huwa kruċjali għal parti kbira mill-produtturi ta’ l-ikel.

L-istejjer mill-pjantazzjonijiet jistgħu ikunu differenti

Hemm postijiet fejn l-industrija tal-banana taħdem differenti minn kif rajna fil-kapitli ta’ qabel. Sistemi ta’ ċertifikazzjoni, trade unions indipendenti u awtoritajiet lokali huma l-karattri prinċipali fin-naħa l-pożittiva tal-istorja tal-banana.

Neħħieli d-dubji!

  • Waħda mill-iktar garanziji rispettati tal-oriġinu etiku tal-prodotti hija ċ-ċertifikazzjoni tal-Kummerċ Ġust. Prodotti ċertifikati huma mmarkati b’tikketta blu u ħadra li faċli taraha. Il-punt l-iktar b’saħħtu tal-Kummerċ Ġust huwa l-prezz fiss minimu tal-prodott u l-ħlas tal-primjum soċjali.
  • Il-banana hija xempju taċ-ċertifikazzjoni tal-Kummerċ Ġust. Hija waħda mill-iktar prodotti ta’ suċċess flimkien mal-kafe u l-kawkaw. Kemm il-pjantazzjonijiet u anki il-kooperattivi - organizazzjonijiet li junifikaw il-produtturi fuq skala żgħira - huma ċertifikati. Persentaġġ kbir tal-banana li hi ċertifikata b’kummerċ ġust hija wkoll bijo-ċertifikata. Oqgħod attent għax dawn it-tnejn m’humiex l-istess! L-istandards tal-kummerċ ġust huma inqas estensivi fuq konservazzjoni tan-natura mill-bijo-standards.
  • Parti mir-regolamenti tal-Kummerċ Ġust hija li jintużaw kimiċi mill-inqas: eżempju, l-bdiewa jiżirgħu pjanti żgħar fil-pjantazzjoni li jikkompetu mal-ħaxix ħażin u itejbu l-fertilita tal-ħamrija. Grazzi għal dawn, il-ħtieġa tal-erbiċidi hija ħafna inqas. Il-pestiċidi l-iktar perikolużi huma projbiti fil-Kummerċ Ġust.
  • Il-projbizzjoni fuq it-tħaddiem tat-tfal u dak infurzat (skjavitu), gvernazzjoni demokratika u ugwaljanza huma ftit mill-prinċipji tal-Kummerċ Ġust. Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi u l-ispazju mgħoti lin-nisa, sabiex ikunu jistgħu jipprattikaw il-ħiliet tagħhom, huma wkoll karatteristiċi importanti tal-Kummerċ Ġust. Fir-ritratt, Colette Corenald, accountant mal-kooperattiva Coobana, qed tidħaq.
  • Il-kooperattivi tal-bdiewa u l-pjantazzjonijiet jirċievu $1 żejjed fuq kull kaxxa ta’ banana. Huwa primjum soċjali, li jistgħu jinvestuh fil-produzzjoni jew fl-iżvilupp tal-komunita tagħhom. Dan jiddependi minn kif jiġi deċiż, għax huma l-ħaddiema stess li jiddeċiedu kif iridu jużaw dan il-primjum. Fir-ritratt huwa wieħed mill-fundaturi tal-kooperattiva Coobana, Santiago Castillo Morales.
  • Bħal per eżempju, il-kooperattiva Coobana tal-Panama, grazzi għas-soprataxxa soċjali, pprovdiet tankijiet tal-ilma għar-residenti lokali, peress li l-ilma tal-bir tal-lokal kien imniġġes. U f’villaġġ, fejn, sa ftit ilu, kulħadd kien jaqsam latrina, kull familja ingħatat flus għal kamra tal-banju u toilet, grazzi għall-primjum. Dona Carmen żejnitha bil-bizzilla!
  • Il-kooperattiva ukoll tappoġġja lil membri tagħha fil-kostruzzjoni jew fit-tiswija tad-djar tagħhom u tagħti art lin-nies mill-belt, sabiex ikunu jistgħu jibnu id-djar tagħhom. (Júlia Santos)
  • Coobana ukoll għandha żewgt iħwienet mibnija mill-primjum, fejn huma jbiegħu ikel bażiku bi prezzijiet iktar baxxi minn ħwienet oħra lokali. Fil-Panama, l-ikel huwa għali ħafna meta tikkomparah mal-pagi tan-nies, u ħafna familji ma jaffordjawx jixtru biżżejjed ikel bnin. Wara l-bank tal-ħanut tal-kooperattiva, nlaqqgħukom ma’ Adalia Baker Smith.
  • Tradizzjonalment, parti mill-premium tmur biex issostni l-edukazzjoni. Coobana tagħti boroż ta’ studji lil dawk kollha li għandhom marki tajbin u li jixtiequ jistudjaw. F’kollettivi oħrajn, jiddependi xi jkun hemm bżonn, huma jew jibnu skola jew iħallsu lil xi għalliema. (Júlia Santos, Coobana)
  • Il-protezzjoni tas-saħħa hija essenzjali, u għalhekk il-ħaddiema mill-pjantazzjoni ċertifikata huma faċilment rikonoxxibli mill-ingawnti tal-gomma, fradal u ħwejjeġ protettivi oħra. Ħaddiema ta’ kumpaniji f’Kummerċ Ġust għandhom garanzija wkoll tal-paga minima, skond il-liġi, jew il-paga medja tal-istess industrija fl-istess reġjun - jiddependi liem hi l-aktar għolja.
  • Minbarra iċ-ċertifikazzjoni tal-Kummerċ Ġust, sistema eqdem u iktar tradizzjonali tal-Kummerċ Ġust teżisti, fejn hemm involuti kumpaniji li qed ibiegħu prodotti li jimxu 100% mal-prinċipji. Dan jiggarantixxi sħubija mal-World Fair Trade Organisation. Fir-ritratt, accountant mill-kollettiv tradizzjonali mill-Ekwador, UROCAL, qed iqassam il-pagi lil bdiewa.
  • Tant hemm sistemi ta’ ċertifikazzjonijiet, li l-konsumaturi jitfixklu. Ħafna drabi, tikketta li turi żrinġ aħdar tinstab fuq il-banana, din hija tar-Rainforest Alliance. L-istandards tal-RA pero, huma kemmxejn mhux ċari u diffiċli li jiġu verifikati. U ma jinkludux il-garanzija tal-prezz minimu lejn il-produtturi, u lanqas il-primjum soċjali...
  • Trade unions indipendenti huma kapaċi itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fuq il-pjantazzjonijiet. Il-ħaddiema fil-pajjiżi li jesportaw, ħafna drabi ikollhom idea żgħira tad-drittijiet tagħhom, u anki ta’ kemm huma intitolati li jitħallsu. Fir-ritratt, membru ta’ trade union qed juri d-differenza bejn il-paga li jirċievu u l-ammont li suppost qed jitħallsu skond il-liġi.
  • “Il-unions huma importanti u neċessarji sabiex parti mill-profit tal-kumpanija jilħaq lill-ħaddiema tal-pjantazzjoni. Sabiex huma jkollhom paga aħjar, kundizzjoni ta’ għixien aħjar, ikunu iktar b’saħħithom, djar iktar dinjitużi, ikunu kapaċi jedukaw lilhom infushom jew kultant jistrieħu. Sempliċiment sabiex ikollhom ħajja iktar kkulurita, peress li ħafna drabi huma jgħixu f’ċirkustanzi diffiċli u umiljanti.” (Didier Leiton Valverde, an union organization SITRAP, Kostarika)
  • Anki il-gvern jista jkollu rwol important, jekk ġenwinament irid jieħu ħsieb id-drittijiet tal-bdiewa u l-ħaddiema. Fl-Ekwador, eżempju, il-gvern introduċa prezz minimu għal kaxxa banana u jinforza din ir-regola billi jsiru spezzjonijiet u multi għoljin. Fil-Panama, żjarat mill-Ministeru tax-Xogħol m’humiex rari, huma isegwu l-użu tal-ħwejjeġ protettivi mill-ħaddiema.

Id-dinja mħawwda tal-banana

PERU

Il-maġġoranza vasta tal-banana mill-Peru hija ċċertifikata bħala organika. Il-Peruvjani huma kapaċi jipproduċu b’mod organiku minħabba l-kundizzjonijiet ġeografika li għandhom. Il-qasam tal-produzzjoni huwa mdawwar bil-muntanji, allura l-bdiewa m’għandhomx għalfejn jinkwetaw fuq pesti u mard.

EKWADOR

L-Ekwador hija waħda mill-ikbar esportaturi tal-banana fid-dinja. Il-gvern lokali stabbilixxa l-prezz minimu uffiċjali għal kaxxa banana, sabiex jipproteġi l-bdiewa minn varjazzjonijiet fis-suq u pressjoni minn xerrejja, u ukoll ifittex li jiżgura li l-paga minima tkun diċenti.

KOLOMBJA

Dan il-pajjiż huwa wieħed mill-ħames l-akbar esportaturi fid-dinja. It-trade unions huma tradizzjonalment b’saħħithom ħafna, b’ħafna membri. Imma biex tkun membru ta’ trade union fil-Kolombja ifisser ukoll li tkun il-ħin kollu taħt theddida ta’ vjolenza jew qtil.

GWATEMALA

Fil-Gwatemala, il-banana tiġi mkabbra fir-reġjun ta’ Izabal fil-kosta tal-Karibew u fil-parti opposta tal-pajjiż, fuq il-kosta tal-Paċifiku. In-naħa tal-Paċifiku hija problematika ħafna peress li l-unions ma jaħdmux hemm minħabba vjolenza, theddid, ħtif u qtil ta’ membri fit-trade unions. Il-membri tat-trade unions fil-parti tal-Karibew qegħdin ukoll jiffaċċjaw vjolenza, imma qed jirnexxielhom ukoll jinnegozjaw kundizzjonijiet tajbin għall-ħaddiema tagħhom.

REPPUBLIKA DOMINIKANA

Il-banana hija t-tieni frotta l-iktar importanti għall-esportazzjoni għad-Dominikani, u ħafna minn dak li jipproduċu huwa organiku. Żewġ terzi mill-ħaddiema huma immigranti mill-pajjiż Haiti u l-kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol huma allarmanti. Ftit minnhom qegħdin fil-pajjiż illegalment, imma l-proċess ta’ legaliazzjoni beda fit-2015 u d-dokumenti neċessarji qegħdin jiġu akkwistati bil-mod.

FILIPPINY

Il-Filippini huma t-tieni l-akbar esportaturi tal-banana fid-dinja, imma jiffokaw l-iktar fuq is-suq Ażjatiku. Kwart tal-produzzjoni tal-banana tiġi esportata, il-bqija tittiekel mill-Filippini stess.

KOSTA TAL-IVORJU

L-esportazzjoni tal-banana mill-pajjiżi Afrikani qed tiżdied, imma l-kundizzjonijiet tal-pjantazzjonijiet tibqa’ ħażina. Il-ħinijiet tax-xogħol huma twal ħafna u l-pagi huma miżeri, bħas-saħħa tal-ħaddiem u l-protezzjoni. Fit-2015, però, unjoni ta’ 4 għaqdiet tax-xogħol ġiet iffurmata fil-Kosta tal-Ivorju.

KAMERUN

Il-banana hija l-ħames l-ikbar esportazzjoni li tiġġenera flus fil-Kamerun, esportata lejn l-Ewropa, l-iktar lejn Franza u r-Renju Unit. Il-ħaddiema fuq il-pjantazzjonijiet fil-Kamerun ibatu minn pagi miżeri li ma jlaħħqux ma’ l-ispiża tal-ħajja bażika, waqt li jaħdmu għal siegħat twal ħafna f’kundizzjonijiet perikolużi, bi kważi l-ebda protezzjoni minn mard jew inċidenti. Però, hemm union msemmija FAWU li tgħin il-ħaddiema biex jipproteġu id-drittijiet tagħhom.

UGANDA

L-Uganda qegħda viċin l-Indja bħala ammont ta’ banana li tkabbar. Din il-frotta tifforma l-bażi tad-dieta lokali u n-nies tal-Uganda jieklu madwar kilo banana kuljum! Imma dawn huma tip ta’ banana mielħa, li tixbah il-patata li nieklu aħna.

IL-GŻEJJER WINDWARD

Illum il-ġurnata, iktar minn 85% tal-banana mkabbra fuq dawn il-gżejjer huma ċċertifikati bħala Fair trade. Grazzi għal din iċ-ċertifikazzjoni, il-bdiewa lokali fil-Windward Island Farmers Association (WINFA) setgħu jegħlbu sfidi li nħolqu wara għadd ta’ diżastri naturali f’dawn l-aħħar żminijiet - bħal uragani assoċjati mal-bidla tal-klima.

MADEIRA

Il-gżejjer awtonomi Portugiżi, Madeira u Azores, jissupplixxu l-pajjiż kontinentali tagħhom b’ħafna banana. U l-Portugiżi jagħtu prijorita kbira lill-frott, għalkemm dawn huma iktar għoljin mill-banana ġejja mill-Amerika Latina.

RENJU UNIT

In-nies mir-Renju Unit huma l-iktar nies li jieklu banana fl-Ewropa, jikkunsmaw madwar 18kg fis-sena! Hemm ukoll konsum għoli fl-Iskandinavja. Il-prezz tal-banana fir-Renju Unit huwa sfortunatament baxx minħabba kompetizzjoni fil-prezz bejn is-supermarkets.

INDJA

Il-pajjiż fejn issib l-ikbar varjetà ta’ banana fid-dinja huwa l-Indja, b’iktar minn 670 varjetajiet domestikati u selvaġġi.

GUADELOUPE U MARTINIQUE

Mis-sena 1920, il-gżejjer Franċiżi Guadeloupe u Martinique kienu l-iktar importanti biex jissupplixxu l-banana lil Franza. Anki illum, il-banana li tiġi minn hemm tammonta għal iktar minn 30% tal-konsum fi Franza.

ESTONJA

Skond informazzjoni mill-Kummissjoni tal-Ewropa tat-2014, is-suq fl-Estonja huwa l-iktar konċentrat fl-Ewropa. Il-ħames l-ikbar kumpaniji jikkontrollaw 76% tas-suq tal-ikel. Minn naħa l-oħra, ir-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-inqas swieq konċentrati.

SVIZZERA- GENEVA

Id-dazju fuq l-importazzjoni tal-banana lejn l-UE kienet ir-raġuni wara t-tilwim fit-tul bejn l-Amerika u l-UE, li ħafna drabi hija msejjħa “l-gwerra tal-banana”. Dan it-tilwim spiċċa minħabba l-World Trade Organization u l-Konvenzjoni ta’ Geneva fit-2010. Skond din il-konvenzjoni, it-tariffi tal-importazzjoni ħa jiġu imnaqqsa gradwalment għal €114 għal kull tunnellata fis-sena 2019.

GŻEJJER KANARJI

Il-gżejjer Kanarji jissupplixxu banana speċjalment lill-Spanja. L-Ispanjoli jikkunsmaw 55% tal-banana li tiġi prodotta fil-pajjiżi tal-UE, prinċipalment fil-Kanarji. Fis-sena 1888, l-ewwel konsenja ta’ Cavendish banana telqet mill-gżejjer Kanarji għall-Ingilterra, fejn ġiet mixtrija minn Thomas Fyffe.

ĠERMANJA

Il-kumpanija Lidl, flimkien mal-kumpanija Kaufland, huma ibbażati hawn. Lidl għandu ħwienet f’26 pajjiż u b’bejgħ annwali ta’ 79.3 biljun ewro, huwa wieħed mill-erba’ l-akbar kumpaniji fid-dinja u l-ikbar wieħed fl-Ewropa.

OĊEJAN

Qabel kienu jintużaw dgħajjes li jġorru banana biss, u riedu jimtlew kemm jista’ jkun. Illum, kontenituri refriġerati joffru lil kumpaniji iktar flessibilta fuq is-suq, għax għandhom l-opportunità li jgħabbu frott kemm għandhom bżonn.

Din il-mappa hija preġudikata!

Minħabba limitazzjonijiet tekniċi, aħna nużaw il-mappa tad-dinja klassika (Mercator) li turi l-pajjiżi tan-naħa ta’ fuq u tan-naħa t’isfel huma proporzjonalment ikbar mill-pajjiżi tan-nofs. B’hekk l-Ewropa tidher ħafna ikbar milli fil-fatt hi. Hija ħafna aħjar li tara l-mappa ta’ Gall-Peters, li din iżżomm il-proporzjonijiet tat-territorji.

Wessa l-orizzont tiegħek hawn!

Kun involut!

Hemm xi ħaġa li nista’ nagħmel? U żgur li hemm!

Il-kumpaniji tal-frott u supermarkets jibdlu l-atteġġjament tagħhom meta jħossu sinjali b’saħħithom ġejjin mill-konsumatur, li jagħtu kas l-istorja wara x-xirja tagħhom.

Il-poter qiegħed f’idejk, eroj!

Support Fair Trade

Most fairly traded bananas, pineapples or other tropical fruits carry the Fairtrade Mark used by Fairtrade International (FI), but there are also a number of established Fair Trade organizations conforming to the rules of Fairtrade International, or even going further, that do not use the Fairtrade Mark on their products, but for example the WFTO guarantee label.

Freedom and fairness for Fyffes workers: sign the petition!

The Make Fruit Fair! Campaign is calling on Fyffes – the number one importer of bananas to Europe, and among the largest global marketer for Supersweet pineapples and winter season melons – to respect the rights of workers in its global supply chains. You can support this campaign by sending an email to Fyffes here!

Support the unions

The majority of plantation workers continue to live in poverty and their most basic rights fail to be respected within the workplace.

Banana Link is therefore appealing for donations to allow them to continue to offer solidarity to unions to challenge the repression of the freedom to organize, educate workers about their rights, and empower their union representatives to collectively bargain for living wages and Decent Work for the men and women that grow the fruit sold on our supermarket shelves.

You can support Banana Link's Union to Union programe here.

Follow us on social media!

We are online as everybody today! You can follow either international Make Fruit Fair! campaign sources, or the channels of Banana Link from the UK.

MFF Youtube

MFF Flickr

BL Facebook

BL Twitter

Min aħna?

Din is-site ġiet krejata bħala parti mill-kampanja internazzjonali Make Fruit Fair, li tiġġieled għal kummerċ ġust u sostenibbli għall-banana u frott ieħor.

F’Malta, il-kampanja hija mmexxija mill-Koperattiva Kummerċ Ġust. Nixtiequ li inti tkun taf iktar dwarna! Ikkuntattja fuq info@l-arka.org .

L-awturi ta’ dan il-kontenut huma Jakub Freiwald, Stanislav Komínek, Pavla Kotíková, u Barbora Trojak mir-Repubblika Ċeka. Ħafna mir-ritratti u filmati ġew meħudin fil-Kosta Rika u Panama f’Lulju u Awissu 2016. Tista’ taqsam dan il-materjal għal skopijiet mhux kummerċjali sakemm tagħtina kreditu (CC-BY-NC).

Is-sorsi ta’ informazzjoni qegħdin imneżżlin hawn: